L-awtoritajiet il-ġodda tas-Sirja mmexxija mir-ribelli qalu li l-partitarji tal-President imkeċċi Bashar al-Assad qatlu 14-il suldat tal-ministeru tal-Intern fil-punent tal-pajjiż.
Qed jiġi rraportat li 10 truppi oħra sfaw midruba fil-ġlied qrib il-port Mediterranju ta’ Tartous, fortizza tal-minoranza ta’ Assad.
Rapporti qed jgħidu li l-forzi tas-sigurtà sfaw imqabbda hekk kif ippruvaw jarrestaw eks uffiċjal b’rabta mar-rwol tiegħu fil-ħabs qrib il-kapitali, Damasku.
Ftit aktar minn ġimagħtejn ilu, il-presidenza ta’ Assad waqgħet f’idejn il-forzi ribelli mmexxija mill-fazzjoni Iżlamista Hayat Tahrir al-Sham.