Minn tal-inqas 13-il persuna mietu f’attakk mill-ajru fuq fabbrika tal-ħobż f’Makariv l-Ukrajna.
Ħabbru din l-aħbar is-servizz ta’ emerġenza lokali.
Ħames persuni ġew salvati, iżda huwa maħsub li fil-ħin tal-attakk kien hemm madwar 30 persuna fil-fabbrika.
Il-Ministru għad-Difiża Russu qal li dalgħodu twaqqaf il-ġlied f’numru ta’ żoni fl-Ukrajna sabiex jitħallew persuni ċivili jaħarbu mill-Ukrajna. Iżda, din l-istqarrija ġiet miċħuda mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren, li tenna li ġew sparati missili lejn xi bliet fosthom fil-kapitali Kyiv.