Minn tal-inqas 11-il persuna inqatlu u 15 oħra ndarbu wara li numru ta’ rġiel fetħu n-nar f’sit ta’ taħriġ tal-militar Russu qrib l-Ukrajna.
Il-każ seħħ hekk kif bħalissa ir-Russja qed tħarreġ aktar nies ċivili biex isaħħaħ il-forzi tagħha, fuq ordni tal-President Russu Vladimir Putin. Fil-fatt, b’din il-mossa, mijiet ta’ eluf ta’ persuni ħarbu mir-Russja sabiex jevitaw milli jingħaqdu mal-armata.
Ir-Russja qed tqis dan l-attakk bħala att terroristiku.
L-attakk seħħ ukoll f’għeluq il-ġimgħa mindu splużjoni għamlet ħsarat fil-pont li jgħaqqad il-Krimea mar-Russja.
Ritratt: Alexander Ermochenko/ Reuters