Aktar minn 360 tal-appell kriminali nqatgħu bejn l-1 ta’ Lulju sal-5 ta’ Diċembru ta’ din is-sena. Dan ħabbru l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi fil-Parlament fejn semma kif l-appelli kriminali maqtugħa fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex tinkludi wkoll numru ta’ kawżi deċiżi, ċeduti u deżerti.
L-Imħallef Antonio Mizzi kien l-aktar ġudikant li ddeċieda appelli fejn b’kollox ammontaw għal 144. Huwa segwit mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera liema ġudikant m’ilhiex li laqħet f’din il-kariga ddeċidiet 133 każ.
L-Imħallef Giovanni Grixti ddeċieda 58 każ mentri l-Imħallef Edwina Grima qatgħet 31 każ.
Apparti l-Appelli Kriminali (Inferjuri), l-imsemmija Imħalfin huma assenjati b’xogħol ieħor għir l-Imħallef Antonio Mizzi li rtira mill-kariga tiegħu minħabba l-eta’ tal- irtirar. Bix-xogħol jinkludu, ġurijiet u għassa.