Wieħed mill-iktar negozjanti sinjuri fl-Ukrajna, inqatel flimkien ma’ martu f’attakk “massiċċ” mir-Russja fil-belt ta’ Mykolaiv.
Oleksiy Vadatursky, ta’ erbgħa u sebgħin sena, u martu Raisa, mietu f’darhom wara li ntlaqtet minn missila.
Vadatursky huwa s-sid tal-kumpanija, Nibulon, li tamministra l-esportazzjoni tal-qamħ, u kien irċieva l-premju tal-“Eroj tal-Ukrajna”.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, iddeskriva l-mewt tan-negozjant, bħala telfa kbira għall-Ukrajna.
F’dan l-attakk saret ħsara wkoll lil lukanda, kumpless sportiv, żewġ skejjel, stazzjon tas-servizzi u numru ta’ djar.