Passiġġier li huwa suspettat li prova jaħtaf titjira minn Bangladesh lejn Dubaj inqatel mill-forzi speċjali tal-Bangladesh.
Il-midja tal-pajjiż irrappurtat li s-suspettat, li wissa li kellu pistola, inqatel meta l-forzi tas-sigurtà daħlu fl-ajruplan wara li għamel inżul ta’ emerġenza f’Chittagong.
Il-148 persuna abbord it-titjira BG147 tal-Biman Bangladesh Airlines niżlu qawwijjin u sħaħ.
Għadu mhux ċar għala s-suspettat prova jaħtaf l-ajruplan.