Il-pulizija Svediża qalet li tifel ta’ tmien snin inqatel wara li ntefgħet bomba f’appartament f’Gothenburg.
Yuusuf Warsame, minn Birmingham, kien rieqed fis-salott hekk kif kien qed iżur lil qrabatu.
Dan l-attakk aktarx kellu x’jaqsam ma’ xi ġlied antik. Il-pulizija qalet li raġel li nstab ħati fuq sparatura fatali fl-istess żona is-sena l-oħra kien reġistrat li jgħix fl-istess indirizz.
Fil-flat li fih sar dan l-attakk kien hemm ħamest itfal u numru ta’ adulti.
It-tifel qas biss irnexxielu jasal l-isptar għall-kura, riżultat tal-ġrieħi gravi li kien qed isofri. Omm it-tifel, oħtu u ħuħ kienu fl-istess kamra meta seħħ l-attakk iżda fortunatament sofrew biss minn ġrieħi ħfif.