Attakk fil-Capitol Hill fl-Istati Uniti ħalla uffiċjal tal-pulizija mejjet u ieħor bi ġrieħi gravi. William Evans, li kien ilu Pulizija f’Capitol Hill għall-18-il sena, miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab wara li persuna mhux identifikata attakkatu b’sikkina.
L-aggressur baqa’ dieħel bil-karrozza ġol-barrikati tas-sigurtà u beda jxejjer is-sikkina. Huwa nqatel ftit wara b’tiri.