L-Ambaxxatur Russu għat-Turkija Andrey Karlov nqatel wara sparatura f’Ankara it-Tnejn filgħaxija.
Informazzjoni minn fuq il-post tgħid li l-qattiel spara minn tal-inqas tmien tiri waqt li għajjat il-kliem Allahu Akbar. Rapporti mill-midja Torka qalu li l-Pulizija qatlu l-assassin li attakka lill-Karlov waqt esibizzjoni artistika fiċ-Ċentru tal-Arti kontemporanja f’Ankara.
Huwa mifhum li l-assassin daħal fl-esibizzjoni b’identifikazzjoni falza tal-Pulizija u wera rabja lejn is-sitwazzjoni f’Aleppo. Filfatt dan l-attakk sar jiem biss wara protesti fit-Turkija dwar l-appoġġ li r-Rusja qed tagħti lill-President Sirjan Bashar al Assad.