Il-Kap tal-Istat Islamiku li hu stazzjonat fl-Afganistan, Abdul Hasib, inqatel wara rejd mill-militari.
Hu miet għaxart ijiem ilu waqt operazzjoni speċjali konġunta fil-provinżja ta’ Nangarhar.
Hu maħsub li Hasib kien il-moħħ wara l-attakk li sar lura f’Marzu, fejn mietu 50 persuna wara attakk fuq sptar militari f’Kabul.
Ix-xahar li għadd, il-Pentagon qal li Hasib x’aktarx inqatel waqt rejd mill-forzi speċjali tal-Istati Uniti u Afganistan.
Żewġ suldati mill-Istati Uniti wkoll tilfu ħajjithom waqt l-istess rejd.
S’issa l-ISIS għadha ma kkonfermatx il-mewt ta’ Hasib.