Il-Kap tal-grupp tal-Istat Iżlamiku fis-Saħara nqatel mit-truppi Franċiżi. Ikkonferma dan il-President Franċiż Emmanuel Macron.
Adnan Abu Walid al-Sahrawi fforma l-Istat Iżlamiku fis-Saħara fl-2015. Il-grupp huwa akkużat għall-biċċa l-kbira tal-attakki fir-reġjun, inkluż l-qtil ta’ numru ta’ Franċiżi fl-2020.
Macron tenna li dan il-qtil huwa suċċess fil-ġlieda tal-Franċiżi kontra gruppi terroristiċi, madanakollu l-President Franċiż ma żvelax dettalji tal-operazzjoni.