Il-Militar Ġermaniż qal li nqatel gwardjan Afgan filwaqt li 3 oħra ndarbu waqt battalja li fiha kien hemm involuti l-forzi Amerikani u Ġermaniżi fl-ajruport ta’ Kabul.
Qed jiġi rrapportat li persuni mhux magħrufa sparaw tiri lejn il-gwardji Afgani li hemm fl-ajruport, bil-gwardjani jirritaljaw; iżda forzi Amerikani u Ġermaniżi sparaw ukoll fuq l-Afgani, li huma mibgħuta mit-Taliban biex iżommu l-ordni fl-inħawi tal-ajruport f’Kabul.
Żewġ uffiċjali tan-NATO qalu li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll hekk kif l-bibien tal-ajruport għalissa huma magħluqa.