Żewġt irġieli, li għamlu tabirruħhom ta’ avukati, sparaw u qatlu gangster notevoli f’awla f’qorti fl-Indja.
Lil Jitender Maan Gogi qatluh waqt is-smigħ tal-każ tiegħu.
Uffiċjali qalu li huma sparaw lura fuq iż-żewġt irġiel, li qatluhom. Il-pulizija qed tissuspetta li huma ġew imqabda minn grupp rivali.
Gogi kien fost l-aktar persuni mfittxija mill-pulizija ta’ Delhi u kien akkużat f’għexieren ta’ każijiet inkluż ta’ qtil, ħtif u frodi.
Dan il-każ qajjem numru ta’ mistqosijiet dwar is-sigurtà f’Delhi.