Id-Deputat Gvernatur ta’ Kherson fl-Ukrajna, ir-Russu Kirill Stremousov, inqatel f’inċident tat-traffiku b’karozza.
Stremousov, li kellu ħamsa u erbgħin sena, ingħata dan l-irwol xahrejn wara l-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Huwa kien fost l-iktar uffiċjali prominenti tal-okkupazzjoni Russa u sar magħruf minħabba dikjarazzjonijiet aggressivi li ġieli għamel fuq il-midja soċjali.
Hu kien imfittex mill-Pulizija Ukrena fuq tradiment.
Il-Gvernatur ta’ Kherson, Vladimir Saldo, qal li d-deputat tiegħu ġie maqtul, iżda uffiċjali Ukreni esprimew xettiċiżmu fuq ir-rapporti, li għadhom ma jistgħux jiġu vverifikati.
Fl-aħħar xhur, diversi uffiċjali Russi li ngħataw kariga fl-Ukrajna, ġew maqtula jew midruba f’attakki.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI