Raġel inqatel b’tiri wara li pprova jaħtaf arma tan-nar minn fuq suldat fl-ajruport Orly f’Pariġi fi Franza.
Diversi żoni fl-ajruport ġew evakwati u passiġġiera ma tħallewx jinżlu minn fuq ajruplani.
Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ sigurtà minn esperti mill-bomb disposal unit.
Orly huwa t-tieni l-akbar ajruport f’Pariġi.