It-tanker Ġappuniż l-MV Wakashio, li tard ix-xahar li għadda nkalja f’sikka fil-Mauritius, inqasam fi tnejn fil-jum tas-Sibt. Matul din il-ġimgħa beda joħroġ il-fjuwil li kien qed iġorr dan it-tanker li nkalja waqt li kien fi triqtu lejn il-Brażil miċ-Ċina ġol-Oċean Indjan.
Intant, matul din il-ġimgħa ġiet innotata wkoll qasma fil-vapur, li wasslet biex l-awtoritajiet fil-Mauritius jibdew b’operazzjoni biex jitbattal il-fjuwil minn ġot-tanker. Madanakollu għadu mhux magħruf l-ammont ta’ żejt li laħqu battlu mit-tanker qabel dan l-inċident.
Huwa maħsub li ftit aktar minn elf tunnellata metrika mill-erbgħat elef tunnellata ta’ żejt li kien qed iġorr it-tanker spiċċa ġol Oċean, bi ftit inqas minn nofs iż-żejt li nħareġ ġie miġbur mill-awtoritajiet fil-Mauritius kif ukoll minn eluf ta’ voluntiera lokali.
Il-Prim Ministru tal-Mauritius iddikjara stat ta’ emerġenza ambjentali.