Aktar kmieni rrapportajna li vann Isuzu Elf inqaleb bil-bypass li mix-Xemxija jwassal għal San Pawl il-Baħar, ċioa Triq Dawret San Pawl. Il-vann inqaleb għal fuq razzett li hemm taħt il-livell tat-triq.
Is-sewwieq huwa raġel ta’ 56 sena mill-Mellieħa. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissejħu biex joħorġuh mill-vann, wara l-inċident li seħħ għall-ħabta tas-06:30 dalgħodu.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.