Kmieni s-Sibt filgħodu nqaleb bowser tal-ilma fit-telgħa ta’ Selmun fil-Mellieħa. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li għal xi raġuni t-tank inqata’ minn mat-trakk li kien qed jiġi rmunkat bih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Immedjatament fuq il-post waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-istazzjon tax-Xemxija li neħħew il-periklu li kien hemm.
Uffiċjali ta’ Transport Malta jinsabu wkoll fuq il-post hekk lif sakemm jitneħħa l-periklu, din l-arterja prinċipali kellha tingħalaq ghat-traffiku.
It-traffiku lejn il-Mellieħa bħalissa qed jgħaddi mill-Manikata.
