Familja li kienet qed tqatta’ s-Sibt wara nofsinhar fl-appartament tagħha tista’ tgħoddha b’waħda hekk kif pompa tal-konkos għelbet għal fuq il-flat tagħhom. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs tas-Sibt wara nofsinhar fi Triq Bonavita f’San Ġiljan.
Kawża tal-inċident żewġ ti djar u appartament ġarrbu numru ta’ ħsarat hekk kif il-pompa spiċċat iserraħ fuq l-istruttura tagħhom. Xhieda li raw l-inċident qalulna li allegatament l-pompa nqelbet hekk kif waqt li kienet għaddej ix-xogħol tal-konkos fuq saqaf il-pompa serrħet fuq tower crane li hemm fl-istess sit. Kawża t’hekk il-crane imbotta lura il-jib tal-pompa bil-konsegwenza li t-trakk tilef il-bilanċ u għeleb fuq numru ta’ residenzi u garaxx.
Fuq il-post waslu numru ta’ uffiċċjali tal-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan. Għal xi ħin Fuq il-post inqalghet kommossjoni hekk kif ix-xufier tat-trakk startja sabiex jipprova jdawwar lura il-‘jib’. Dan gie mwaqqaf minnufih mis-Surġent tal-Pulizija, kif ukoll minn numru ta’ ġirien.
Fuq il-post ġew mgħajta uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol flimkien ma numru ta’ periti.
L-operazzjoni sabiex tistabiliżża lura t-trakk mistennija tkun waħda kumplessa minħabba d-daqs tal-pompa kif ukoll li t-triq li tinsab fiha hija waħda dejqa u mistennija tillimita l-aċċess għall-krejnijiet.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1734708249914257/