Raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Balzan ittieħed l-isptar Mater Dei wara li nqeleb b’vann tal-merkanzija , dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta u kwart. Ix-xufier tilef il-kontroll tal-vann u nqeleb fit-triq ta’ fuq il-pont tal-Marsa, direzzjoni lejn Mater Dei. Kienu il-membri tal-protezzjoni ċivili li għinu lir-raġel joħroġ mill-vettura.
Ir-raġel mhux fil-periklu tal-mewt iżda qed jinżamm rikoverat l-Isptar. Fuq il-post inġemma t-traffiku sakemm tneħħa il-vann minn fejn seħħ l-inċident.