Ġuvni ta’ tmintax-il sena minn Ħaż-Żebbuġ iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li, fil-ħamsa ta’ filgħodu, vettura tat-tip Toyota Starlet li kienet misjuqa mill-ġuvni nqalbet fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ.
B’kawża t’ hekk, intlaqtu żewġ karozzi li kienu pparkjati fl-istess triq: Seat Cordoba u Daihatsu Sirion.
Il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhix magħrufa.