Għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofshinar inqalbet karozza quddiem iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza flimkien mal-Protezzjoni Ċivili u Pulizija.
Minħabba dan l-inċident kellha tingħalaq parti mit-triq.
Għadu mhux magħruf jekk ma weġġax xi ħadd .
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li x-xufier tal-karozza mar fid-direzzjoni opposta laqat erba’ karozzi.
Il-Karreġjata li minn Ħal Lija tagħti għall-Mosta hija bħalissa magħluqa għas-sewwieqa. Appell sabiex is-sewwieqa kollha jevitaw dawn iż-żoni.
Il-karozza involuta fl-inċident ħadet in-nar iżda kien ikkontrollat fil-ħin.
Uħud mix-xufiera tal-ħames karozzi l-oħra involuti għadhom fuq il-post u ħadd minhhom ma weġġa’. Intant ix-xufier tal-karozza maqluba ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.