Sewwieq ta’ karozza jista’ jgħoddha b’waħda wara li nqaleb bil-vettura fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-3:45 fi Vjal l-Indipendenza meta għal xi raġuni x-xufier inqaleb bil-vettura bil-konsegwenza li ħabat fil-barrikata tal-ħadid li kienet tinsab quddiem ħanut.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident fejn fuq il-post issejħu ħaddiema ta’ Transport Malta sabiex imexxu t-traffiku li nħoloq kawża ta’ dan l-inċident.