Raġel mill-Etjopja ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fit-Triq it-Tiġrija l-Marsa. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-06:00, meta jidher li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi u trailer bil-konsegwenza li l-karozza tat-tip Renault Cleo misjuqa mill-Etjopjan inqalbet. L-Isuzu kien misjuq minn raġel ta’ 41 sena mill-Mellieħa mentri t-trailer kien misjuq minn raġel ta’ 39 sena miż-Żurrieq.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn għenu biex ir-raġel jinħareġ mill-karozza li nqabad fiha malli din inqalbet. Kawża tal-inċident numru ta’ korsiji tal-Masra Ħamrun Bypass jinsabu magħluqin bil-konsegwenza li nġemgħa ammont ta’ traffiku fl-akwati.