Il-klieb li qegħdin jagħmlu l-ħsara lil bosta qtates f’diversi rħula, inqabdu minn tim tal-Ħarsien tal-Annimali. Dan tħabbar mill-paġna ta’ Facebook: Għargħur Stray Cats Support Team, fejn intqal li din l-informazzjoni ngħatat lilhom mis-Segretarju tal-Prim Ministru.
Huma rringrazzjaw lil Prim Ministru Robert Abela, lil Ministru Anton Refalo, lit-tim tal-Ħarsien tal-Annimali u lil Pulizija li flimkien ħadmu sabiex tissolva din il-problema mll-aktar fis.
Huma wrew l-apprezzament tagħhom għal din il-ħidma.