Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni, il-Pulizija ta’ Malta kellha suspett illi passaporti ta’ persuni li kienu f’pajjiżna għal aktar minn tliet xhur skont il-liġi, kellhom il-passaport tagħhom ittimbrat b’tali mod li juri li l-istess persuni ħarġu minn pajjiżna meta fil-verità dawn ma kinux ħarġu.
Immigration Officer mara nstabet li kienet il-persuna li qed tittimbra dawn il-passaporti, u li persuna barranija mill-Maċedonja li kellha kuntatt miegħu kien qiegħed jgħaddilha dawn il-passaporti ta’ diversi persuni barranin. Il-persuna msemmija telgħet il-Qorti u ġiet sospiża mill-impjieg, filwaqt li l-persuna barranija li kellha kuntatt magħha ttellgħet il-Qorti wkoll.
Dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu surġent inqabad allegatament jabbuża mill-pożizzjoni tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia jsostni li se jkompli l-ħidma kontra persuni li b’xi mod jew ieħor qed jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom għal gwadann personali. Dan intqal fi staqrrija li nħarġet mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali