Dalgħodu żewġ persuni serqu Playstation 4 mill-ħanut tal-Forestals fi Triq ir-Reppublika, il-Belt Valletta.
Wieħed mill-individwi aljena lil ħaddiem li dak il-ħin kien fil-ħanut, filwaqt li li l-ieħor wettaq is-serqa.
Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post waqt li skatta l-alarm tal-ħanut.
Fuq post fuq Facebook il-kumpanija qed titlob lill-pubbliku biex jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija jekk ikun jaf xi ħaġa. Hija qiegħda toffri donazzjoni ta’ €200 għal min jagħti xi informazzjoni li twassal għall-arrest ta’ dawn il-persuni.
Filwaqt li enfasizzat li kull informazzjoni se tkun ittrattata b’kunfidenzjalità.