Żewġ Rumeni li tressqu l-Qorti f’pajjiżna tul il-jum tal-Ħamis instabu ħatja ta’ serq minn ħanut tal-ħwejjeġ f’kumpless kummerċjali fl-inħawi ta’ San Ġiljan. Dan il-każ imur lura għall-21 ta’ Diċembru li għadda.
Mircea-Remus Rostas ta’ 44 sena u George-Bodan Crisiean ta’ 29 sena, it-tnejn residenti San Ġiljan, Tal-ewwel kien akkużati ukoll li fil-Milied inqabad bid-droga kannabis. Huwa nstab ħati kemm ta’ serq, kif ukoll ta’ pussess tad-droga.
Il-Maġistrat Gabriella Vella qieset li ż-żewġ akkużati kkoperaw bi sħiħ mal-Pulizija fil-ħin tal-arrest, u kienu lesti jirritornaw l-oġġetti li kienu serqu.
Huma ngħataw sentenza ta’ sentejn ħabs kull wieħed sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €1,262 bejniethom, li trid titħallas fi żmien sitt xhur.