Żewġ nisa Bulgari ġew arrestati l-bieraħ fil-Belt Valletta wara jiem ta’ osservazzjoni mill-pulizija b’akkużi relatati ma’ pick pocketing.
In-nisa ta’ 24 u 43 sena nqabdu fil-fatt jisirqu minn baskett ta’ anzjana. Wara stħarriġ, irriżulta li dawn l-istess nisa kienu nvoluti ma’ diversi reati simili fil-Belt Valletta.
Iż-żewġ Bulgari qed jinżammu għal aktar investigazzjoni u mistennija li jitressqu l-qorti fil-jiem li ġejjin.
L-investigazzjoni tal-pulizija għadhom għaddejjin.