F’Buġibba operazzjoni t’infurzar rat tlett iħwienet li ġew imħarrka wara li nqabdu jarmu l-iskart b’mod illegali.
Ritratt miġbud minn Ramon Deguara, id-Direttur fi ħdan id-diretoratt għat-Tindif juri sitwazzjoni preokkupanti f’Buġibba. Numru kaxxi tal-kartun ġew mormiija fuq il-bankina mad-dawra tax-xatt.
Dawn inħarġu minn filgħodu minn stabbiliment partikolari sabiex jinġabru mit-trakk tal-iskart riċiklabbli li jgħaddi wara nofsinhar.
Operazzjonijiet ta’ infurzar bħal dawn qed isiru iktar ta’ spiss, b’mod speċjali f’postijiet bħal Buġibba fejn il-problema ta’ skart mormi illegalment kienet qed tiżdied f’din il-lokalità partikolari.