Operazzjoni konġunta bejn uffiċjali ta’ Dwana, it-Taqsima tal-kontra l-Ħasil tal-Flus u t-Taqsima tal-klieb K-9 wasslet sabiex jinqabdu kważi €14,000 fi flus mhux iddikjarati fl-ajruport ta’ Malta.
Il-flus kienu fuq passiġġier waqt li kien se jaqbad titjira ta’ ripatrijazzjoni lejn l-Albanija.
Stqarrija mid-Dwana sostniet li l-qabda tal-flus waslet wara indikazzjonijiet minn tnejn mill-aqwa klieb tal-K-9.
Id-Dwana qalet ukoll li minkejja li kellha tabbanduna wħud mill-prekawzjonijiet li tieħu sabiex tnaqqis it-tixrid tal-Covid-19 filwaqt li tgħin tiffaċilita l-proċess sabiex jasal apparat mediku fost oħrajn, xorta rnexxiela trażżan id-distribuzzjoni ta’ flus mhux iddikjarati permezz ta’ titjiriet ta’ ripatrijazzjoni.
Fakkret kif il-liġi nazzjonali u dik Ewropea, tħalli l-passiġġiera jġorru biss massimu ta’ €10,000 mhux iddikjarati minn u lejn pajjiżna.
Id-Dwana temmet tgħid li fl-aħħar 3 xhur minkejja l-pandemija xorta baqgħet għaddejjha b’ħidmieta sabiex tassigura l-fruntieri siguri ta’ pajjiżna.