Fi tliet każi separati, tliet irġiel tressqu l-Qorti akkużati bil-pussess ta’ dokumenti foloz.
Il-passaporti foloz kienu interċettati waqt kontrolli fl-ajurport f’mument fejn l-arranġament taż-Żona Schengen huwa temporanjament sospiż. Dan minħabba s-summit li se jsir f’pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla.
Il-tlett akkużati, raġel mis-Serbja ta’ 39 sena, raġel minn Niġerja ta’ 30 sena u raġel mill-Albanija ta’ 45 sena kienu arrestati f’24 siegħa.
L-tlett irġiel ilkoll ammettew l-akkuzzi fil-konfront tagħhom u ngħataw sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs sospizi għal tlett snin .L-irġiel se jiġu deportati lura lejn il-pajjiż tagħhom.