Carado Dinaro, Sqalli ta’ 31 sena u Elena Gulia ta’ 32 sena, it-tnejn jgħixu l-Kalkara nżammu arrestati, hekk kif tressqu l-Qorti akkużati li allegatament ħadu l-ammont ta’ €208,000 minn kumpanija Tipico Service Limited.
Elena Gulia ġiet mixlija b’ħasil ta’ flus, li żvelat informazzjoni tas-sigurtà tal-kumpanija, li ffrodat din il-kumpanija, li kien hemm miżapprojazzjoni tal-fondi u li kellha pussess tad-droga eroina.
Dan filwaqt li Carado Dinaro ġie mixli li laqa’ għandu affarijiet misruqa u li fuqu kellu d-droga kannabis fuqu, fost oħrajn.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet kif fit-tnejn u għoxrin ta’ Frar li għadda l-imputata marret tagħmel rapport lill-pulizija dwar vjolenza domestika mill-akkużat.
Hawnhekk, l-imputata żvelat kif li hija ħadet mill-kumpanija l-ammont ta’ madwar €120,000 u €130,000.
Intqal kif dawn il-flus instabu depożitati f’karta ta’ kreditu.
Il-Qorti ordnat ukoll sekwestru u ffriżar tal-propjetà u l-assi.