Bejn l-2015 u din is-sena, id-Dipartiment tad-Dwana investiga 128 każ ta’ moviment illeċitu ta’ flus kontanti, u rnexxielu jeleva aktar minn €2.7 miljun.
L-2019 jidher li kienet l-aktar bieżla għad-Dwana Maltija f’dan l-aspett, fejn b’kollox ġew investigati 66 każ ta’ din in-natura, u ġew elevati €1.5 miljun. S’issa fl-2020, id-Dwana Maltija investigat 39 każ ta’ moviment illegali ta’ flus kontanti.
SENA | KAŻIJIET | AMMONT |
2015 | 1 | €41,400 |
2016 | 2 | €72,971 |
2017 | 10 | €241,440 |
2018 | 10 | €203,335 |
2019 | 66 | €1,547,116 |
2020 | 39 | €643,772 |