Ilbieraħ filgħodu, uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport sabu 113-il kilo ta’ sustanza illegali, magħrufa bħala khut.
Dan intqal fi stqarrija mid-Dwana, li ntqal kif din is-sustanza llegali waslet permezz ta’ ajruplan li jġorr l-affarijiet.
Din is-sustanza li hija illegali li tista’ tomgħoda, hija meqjusa bħala droga perikoluza.
Fl-istqarrija ntqal kif b’kollox instabu 59 pakkett minn din id-droga.
Wara aktar investigazzjonijiet, il-pulizija arrestat raġel barrani li jgħix f’Malta u li għandu ħanut fil-Ħamrun. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard.