Il-Pulizija qalet li ħidma bejn il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla u membri tar-Rapid Intervention Unit waslet għall-arrest ta’ Bormliż ta’ 41 sena wara li allegatament prova jisraq minn dar f’Bormla llum waranofsinhar.
Jidher li l-Pulizija rċivew telefonata minn persuna li qalet li kien hemm persuna li pruvat tidħol f’dar li tinsab fi Triq il-Mitħna, Bormla. Il-Pulizija ċċirkondaw id-dar u sabu lir-raġel moħbi f’kamra li kienet mimlija affarijiet mhux mixtieqa. Dan ġie arrestat minnufih u fuqu nstabu oġġetti li allegatament insterqu minn din l-istess dar.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.