Libjan intbagħat sitt xhur ħabs wara li prova juża l-passaport ta’ xi ħadd ieħor. Il-każ seħħ nhar il-ħadd meta fic-check in tal-ajruport il-Libjan wera passaport li ma kienx tiegħu. Wara li ħarab għal darba tnejn il-mistoqsija diretta jekk l-akkuża kontrih hijiex minnha, l-Libjan wieġeb li ma kienx jaf li ma tistax tuza l-passaport ta’ ħaddiehor.
Għal bidu l-Libjan kien se jwieġeb mhux ħati għall-akkużi pero ftit wara biddel fehmtu anke jekk qarras wiċċu għal konsegwenzi li din iġġib magħha. Il-Libjan intbagħat il-ħabs u fil-qorti instema’ jgħid Grazzi Grazzi b’ton sarkastiku.