Fil-jum tal-Ġimgħa l-pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena minn Raħal Ġdida bħala s-suspettat li wettaq is-serqa minn ħanut fil-Mosta.
Ir-Raġel mistenni jitressaq il-Qorti.
Kien permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ facebook, l-istess ristorant spjega kif ir-raġel li jidher fir-ritratt meħud minn filmat tal-kameras tas-sigurtá, daħal fir-ristorant inkiss inkiss filgħaxija u serqilhom il-flus li kellhom fil-kaxxa tal-flus.