Ingliż li jgħix Malta nqabad fuq il-katamaran li ġie Malta minn Sqallija bi 18-il kilo ta’ droga kokaina u eroina. Din id-droga kienet fil-vettura tar-raġel ta’ 54 sena u kienet maqsuma f’sitt kilo kokaina u 12- il kilo eroina.
Fl-operazzjoni kienu involuti membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti minn membri tas-sezzjoni tal-klieb.
Il-Maġistrat tal-Għassa Grazio Mercieca ġie infurmat bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.