Passiġġier mill-Ġorġja li kien se jħalli Malta nqabad bl-ekwivalenti ta’ €35,000 f’diversi muniti waqt tfittxijiet ta’ rutina mid-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
€25,000 nżammu mid-Dwana filwaqt li r-raġel ġie arrestat.
Fi stqarrija, id-Dwana ta’ Malta qalet li din is-sena hija waħda bla preċedent ma dak li għandu x’jaqsam ma’ qbid ta’ flus mhux iddikjarati.