Charlon Abela t’erbgħa u għoxrin sena minn Ħal Qormi inżamm arrestat wara li nqabad fil-fatt jipprova jidħol f’residenza fil-Mosta l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu. L-akkużat deher quddiem il-maġistrata Yanica Micallef Stafrace akkużat b’serq aggravat u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Id-difiża qalet li l-akkużat mhux ħati iżda ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.