Raġel ta’ 28 sena mill-Belt mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej wara li l-bieraħ inqabad bi 23 kilo pjanta tal-kannabis lesta biex tiġi traffikata, 100 gramma kokaina u €45,000 fi flus kontanti.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li r-raġel twaqqaf f’San Ġwann waqt li kien qiegħed isuq vettura.Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntanta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-raġel mistenni jitressaq ilQorti llum quddiem il-Maġistrat Dr. Simone Grech LL.D, b’akkużi relatati ma’ pussess aggravat tad-droga, li għamel ħsara volontarja fuq propjetà.
http://www.one.com.mt/2019/07/08/il-pulizija-tarresta-ragel-fsan-gwann-5/