Raġel ta’ 58 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wra inċident f’garaxx li jagħmel parti minn impjant tal-iskart fi Triq ir-Ramla, in-Naxxar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li huwa ġarrab dawn il-ġrieħi waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn fork lifter u aċċidentalment laqat leaver bil-konsegwenza li safa’ marsus ma’ xi makkinarju.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ ghadhom għaddejjin.