Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ madwar €30,230 fuq passiġġier ta’ nazzjonalità Ċiniża b’permess ta’ residenza Taljana li kien għadu kif wasal Malta minn Sqallija.
Hu twaqqaf fejn id-Dwana analizzat il-vettura li fiha kien ir-raġel. Minn hemm huma talbu lix-xufier jekk għandux xi ħaġa x’jiddikjara fejn spjega kif hu għandu bagalji vojta u €50. Wara li fetħu l-bagalji, id-Dwana għamlet sejba ta’ €10,000 moħbija. Apparti minn hekk id-Dwana sabet ukoll €10,000 fil-glove compartment u kif ukoll €10,000 moħbija fil-qalziet tal-istess persuna.
Huma għamlu sejba wkoll ta’ karta tal-€50 u karta tal-€100 foloz.
Today, in the afternoon, Customs Officials screening passengers arriving from Sicily elevated 30,230 euros of undeclared cash hidden in a vehicle.
Ir-raġel ngħata €10,000, kemm hu obbligat li jġorr skont il-liġi, bil-kumplament tal-flus ingħataw lill-awtortiajiet.
Ir-raġel inżamm arrestat fejn se jkun qed jitressaq il-Qorti għada.