Bulgaru ta’ ħamsin sena u li kien se jaqbad titjira lejn Sofia tressaq il-Qorti wara li nqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’aktar minn erbatax-il elf ewro fi flus kontanti u li ma kienux iddikjarati.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni spjegat li din ma kinitx l-ewwel darba li l-Bulgaru nqabad b’ammonti akbar ta’ flus kontanti milli tippermetti l-liġi, iġifieri dak ta’ għaxart elef ewro.
Il-Bulgaru wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u ġie mmultat elfejn u tliet mitt ewro. Dan filwaqt li l-Maġistrat talbet sabiex jiġu kkonfiskati erbat elef ewro mill-flus kontanti li nqabad bihom fl-Ajruport.