Passiġġier li kien sejjer Istanbul inqabad b’aktar minn ħdax-il elf ewro li ma kinux iddikjarati. Dan waqt spezzjoni li saret fis-sala tat-tluq fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-uffiċjali mid-dipartiment ta’ kontra l-ħasil ta’ flus fi ħdan id-Dwana.
Meta kien mistoqsi, ir-raġel qal li fuqu kien qed iġorr disat elef ewro fi flus kontanti Iżda l-uffiċjali ma kinux konvinti u għamlu tfittxija fil-bagalja tiegħu fejn instabu aktar minn ħdax-il elf ewro fi flus kontanti.
Dan il-passiġġier ġie mmultat.
Skont il-liġi min ikun ħa jivvjaġġa minn pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea u jkun ħa jġorr aktar minn għaxart elef ewro fi flus kontanti jew ċekk għandu jinforma lid-Dwana.