Ġurnata qabel jibda l-ikbar festival lokali tal-Karnival, dalgħodu nkixef il-karru tar-Re tal-Karnival. Għal din l-attività kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għal Valletta 2018, Deo Debattista u c-Chairman ta’ Valletta 2018, Jason Micallef. Huma qallu li dan il-Karnival se jkun l-ikbar wieħed li qatt se jsir f’pajjiżna u saħqu kif il-Karnival qiegħed jinfirex mawdar pajjiżna. Dan sar fl-aħħar tat-tmiem il-ġimgħa li għadda meta għall-ewwel darba sar il-Karnival fit-Tlett Ibliet u għall-ewwel darba din is-sena se jsir karnival spontanju għat-tfal f’Ħal-Għaxaq.
Il-Karru tar-Re tal-Karnival għandu t-tema tal-Belt Valletta, fejn hemm La Vallette li qiegħed fuq Sant’Iermu, fejn diversi kumpaniji tal-Karnival għandhom jaħdmu hemm, il-qampiena li tinsab viċin il-Barrakka t’Isfel u l-Iljun li huwa sinonimu mal-Belt Kapitali.