Inkixef pjan tal-Partit Nazzjonalista maħsub biex ikun immanipulat id-dibattitu bejn il-Mexxejja fl-Università ta’ Malta.
Korrispondenza żvelata minn the insiter, sit tal-aħbarijiet fl-Università kixfet kif attivisti nazzjonalisti huma fiċ-ċentru tal-organizazzjoni u l-ħsieb tagħhom hu li fis-sala jekk jista’ jkun jidħlu nazzjonalisti biss.
“Qed nimmiraw li nkunu sitt mija kontra mitejn,” ingħad f’wieħed mill-messaġġ fil-grupp Uni Debate.
Dan id-debate għandu jkun ‘hijacked’ intqal f’kumment ieħor li kien żvelat filwaqt li oħrajn qalu li se jieħdu ħsieb li l-mistoqsijiet ta’ Joseph Muscat ikunu jifformaw parti minn strateġija. Skont huma għax tal-Università jistgħu jagħmluha għax jifhmu mhux bħal nies oħra. “
Joseph jitmejjel b’niesu għax ma jifhmux, pero l-universita storja oħra,” kompla jintqal fi grupp mimli nies li l-għatba tad-Dar Ċentrali jirfsuha kuljum.
Fosthom Gabriel Micallef u Jake Scerri tal-SDM u Steve Zammit Lupi, li jaħdem għat-Times of Malta u qiegħed fil-KSU. Intqal ukoll li kellu jkun hemm għaxar ‘team leaders’ biex ikollhom kontroll u minn hemm ftehmu li l-konversazzjoni kellha tkompli fost inqas nies bil-għan li ma joħroġx it-tagħrif.
Intant l-organizzaturi mhux biss stiednu lil Joseph Muscat, Simon Busuttil u Arnold Cassola li l-partit tagħhom se jkun fuq il-polza tal-vot. Iżda stiednu wkoll lill-Marlene Farrugia anke jekk fit-tlieta ta’ Ġunju hi se tkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista bħal kull kandidat ieħor.