Din il-ġimgħa beda x-xogħol fil-Baċir Numru Wieħed ta’ Bormla, li huwa wieħed miż-żewġ kampus tal-Universita Amerikana f’Malta.
Il-Ġimgħa wara nofsinhar, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona żar il-post, fejn segwa mill-qrib l-ewwel xogħlijiet.
Il-punt tat-tluq għal Baċir Numru Wieħed huwa r-restawr fuq il-British Builidng. Il-Perit Edwin Mintoff spjega l-kumplament tax-xogħol meħtieġ.
Wara dan, jibda x-xogħol fuq bini ġdid, li jikkonsisti mill-parti ċentrali ta’ bejn iż-żewġ binjiet, parkeġġ u binja li se tospita l-fakultà tal-liġi.
Ix-xogħol kollu se jammonta għal €50 miljun.
Dwar il-ħidma li qed issir f’Bormla, il-Perit Mintoff aċċenna l-fatt li qed tingħata l-attenzjoni massima.