Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa flimkien mal-Kummissjoni Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika ħolqu l-Osservatorju tal-Femiċidju ta’ Malta.
Dwaru, ONE News tkellem mal-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, Audrey Friggieri.
Qalet, “L-iskop tiegħu huwa li tinġabar din id-data biex tnebbaħ il-policy u tnebbaħ ukoll il-kampanji edukattivi u ta’ tixrid ta’ għarfien, li aħna kommessi li nagħmlu biex is-soċjetà nedukawha f’dak li huwa vjolenza abbażi tal-ġeneru.”
Femiċidju huwa meta jinqatlu nisa minħabba s-sess tagħhom.
Sabiex tinġabar din l-informazzjoni se jkun hemm kollaborazzjoni bejn akkademiċi u partijiet ikkonċernati li jaħdmu f’dan is-settur.
L-għan ewlieni huwa l-edukazzjoni.
Spjegat, “Li nedukaw lin-nies hemm barra, tfal, żgħażagħ, familji dwar x’inhu l-abbuż, x’inhija l-vjolenza u x’inhi l-ħtieġa ta’ dan l-abbuż. Jiġifieri l-ideat li għandna f’moħħna dwar l-irġiel u n-nisa.”